DNA

L-aċidu deossiribonuklejku[1] jew id-DNA hija molekola li ġġorr il-biċċa l-kbira tal-istruzzjonijiet ġenetiċi fit-tkabbir, fl-iżvilupp, fil-funzjonament u fir-riproduzzjoni tal-organiżmi ħajjin magħrufa kollha u ta' bosta viruses. Id-DNA u l-RNA huma aċidi nuklejċi; flimkien mal-proteini u mal-karboidrati kumplessi, dawn huma wieħed mit-tliet tipi ewlenin ta' makromolekoli li huma essenzjali għall-forom magħrufa kollha ta' ħajja. Il-biċċa l-kbira tal-molekoli tad-DNA jikkonsistu minn żewġ razez bijopolimeriċi b'koljatura ma' xulxin biex jiffurmaw spiral doppju. Iż-żewġ razez tad-DNA huma magħrufa bħala polinukleotidi peress li huma magħmula minn unitajiet iktar sempliċi msejħa nukleotidi.[2][3] Kull nukleotid huwa magħmul minn nukleobażi li fiha n-nitroġenu — ċitosina (C), gwanina (G), adenina (A) jew timina (T) — kif ukoll zokkor imsejjaħ deossiribożju u grupp ta' fosfati.
Proprjetajiet
[immodifika | immodifika s-sors]In-nukleotidi huma magħqudin ma' xulxin permezz ta' katina b'legaturi kovalenti bejn iz-zokkor ta' nukleotid wieħed u l-fosfat tan-nukleotid ta' wara, u dan jirriżulta f'sinsla alternanti ta' zokkor u ta' fosfati. Skont ir-regoli tal-pari bażi (A ma' T, u Ċ ma' G), il-legaturi tal-idroġenu jingħaqdu mal-bażijiet bin-nitroġenu taż-żewġ razez separati ta' polinukleotidi biex jiffurmaw DNA b'żewġ razez. Dan għandu l-karatteristika ewlenija li kull razza jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex terġa' tinħoloq ir-razza l-oħra, u b'hekk l-informazzjoni tibqa' ppreservata matul ir-riproduzzjoni u d-diviżjoni ċellolari. Fi ħdan iċ-ċelloli, id-DNA hija organizzata fi strutturi twal imsejħa kromożomi. Waqt id-diviżjoni ċellolari dawn il-kromożomi jirdoppjaw fil-proċess tar-replikazzjoni tad-DNA, u b'hekk kull ċellola tiġi pprovduta b'sett sħiħ ta' kromożomi tagħha stess. L-ewkarjoti jaħżnu l-biċċa l-kbira tad-DNA tagħhom fi ħdan in-nukleu taċ-ċelloli.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ "Definition of DEOXYRIBONUCLEIC ACID". www.merriam-webster.com (bl-Ingliż). 2026-03-28. Miġbur 2026-05-11.
- ↑ Alberts B, Johnson A, Lewis J, Raff M, Roberts K, Walter P (2014). Molecular Biology of the Cell (6th ed.). Garland. p. Chapter 4: DNA, Chromosomes and Genomes. ISBN 978-0-8153-4432-2.
- ↑ "DNA" (bl-Ingliż). Miġbur 2026-05-11.